F’lejl ta’ ħemda, f’lejl ta’ skiet
F’lejl bla biża’, xejn inkwiet
Bikja ċkejkna kienet dwiet
F’lejl imqad - des tal-Milie - d
L-anġli ħabbru mis-smewwiet
Fost ir-ragħajja l-aħbar ġriet
F’għar imwarrab, bogħod min-nies
Twieled fost - na il-Ħellie - s
O kemm ferħu Ġużeppi u Marija
Xħin fi ħdanhom raw dik it-tarbija
Lejla xitwija kewkba tarmi d-dija
Ħelsien ġdid għalik u għalija
Ejjew nidħlu lkoll flimkien
Ħdejn Ġesù Sid il-ħolqien
Fl-għar imwarrab, bogħod min-nies
Nagħtu qi - ma lill-Ħellie - s
X’ferħ tal-għaġeb hawn f’dal-lejl
F’qalb il-poplu tal-Mulej
Tama sħiħa, ġejjien ġdid
F’lejl qaddis, lejl tal-Milie - d
O kemm ferħu Ġużeppi u Marija
Xħin fi ħdanhom raw dik it-tarbija
Lejla xitwija kewkba tarmi d-dija
Ħelsien ġdid għalik u għalija
O kemm ferħu Ġużeppi u Marija
Xħin fi ħdanhom raw dik it-tarbija
Lejla xitwija kewkba tarmi d-dija
Ħelsien ġdid għalik u għalija
O kemm ferħu Ġużeppi u Marija
Xħin fi ħdanhom raw dik it-tarbija
Lejla xitwija kewkba tarmi d-dija
Ħelsien ġdid għalik u għalija